Każ Efimova: “L-ewwel darba li Qorti ta’ pajjiż fl-UE ma laqgħetx talba għall-estradizzjoni lejn Malta”

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Governanza Tajba Simon Busuttil qal li din hija l-ewwel darba li Qorti ta’ pajjiż fl-Unjoni Ewropea ma laqgħetx talba għall-estradizzjoni lejn Malta.
Dr Busuttil kien qed jirreaġixxi dwar il-każ ta’ Maria  Efimova, il-whistleblower Russa fil-każ Egrant u eksimpjegata tal-Bank Pilatus
Fi stqarrija, Busuttil qal li l-Qorti Griega rrifjutat it-talba li Maria Efimova tintbagħat lura Malta minħabba riskju għas-sigurtà tagħha u dubji li jista’ jkollha smigħ xieraq.
Saħaq li d-deċiżjoni tal-Qorti Griega turi li l-Prim Ministru Joseph Muscat hu responsabbli għal dik li sejjaħ ħsara li saret fuq ir-reputazzjoni ta’ Malta hekk kif fi kliemu pajjiżi oħra jħarsu lejn Malta bħala pajjiż li mhux jiggarantixxi sigurtà.
Simon Busuttil temm jgħid li din hi konferma wkoll li ma tingħatax sigurtà lill-whistleblowers.