Każ Droga Għawdex: L-inkjesta tasal għand il-Prim Ministru

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru ħabbar li llejla rċieva rapport finali tal-inkjesta li ħatar, dwar allegazzjonijiet ta’ indħil politiku dwar każ ta’ akkużi ta’ traffikar ta’ droga f’Għawdex.
Fl-istqarrija, il-Gvern jgħid li dan wara li talab kjarifiċi dwar ir-rapport li rċieva lbieraħ.
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru saħaq li r-rapport se jiġi ppubblikat mill-aktar fis, hekk kif jiġi analizzat.
Ilbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li m'għandux dubju li l-Prim MInistru qed jipprova jgħatti xtur iż-żewġ ministri tiegħu, li fl-2013 kellhom laqgħa sigriet matul il-lejl fil-Ministeru għal Għawdex.