Każ ċar ta’ frame-up jekk tittieħed azzjoni kontra Pierre Portelli – Aquilina

Il-Membru Parlamentari għall-Oppożizzjoni Karol Aquilina qal li jekk tittieħed azzjoni kriminali kontra Pierre Portelli (Chairman Eżekuttiv tal-midja tal-PN) dan ikun każ ċar ta’ frame-up. Aquilina kien qed jirreaġixxi għar-rapporti li dehru fit-Times of Malta fejn kelliem għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru semma l-possibilità li tittieħed azzjoni kriminali kontra n-nies li jissemmew fl-inkjesta dwar il-kumpanija Egrant.

Huwa sostna li f’każ li tittieħed azzjoni fil-każ ta’ Portelli din tkun parodija tal-ġustizzja li ssir biss minn dittaturi.

It-Times of Malta qed tirraporta li kelliem tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru qal li hemm il-possibbilità li tittieħed…

Posted by Karol Aquilina on Friday, July 27, 2018

Portelli dak iż-żmien kien għadu jaħdem mal-Malta Independent, u Aquilina fil-kumment tiegħu rrimarka li huwa kien qed jagħmel xogħlu bħala ġurnalist filwaqt li poġġa ruħu għad-disposizzjoni tal-Maġistrat Bugeja.

Aquilina wera l-appoġġ tiegħu għal Pierre Portelli.

Fost dawk li qasmu l-post ta’ Aquilina kien hemm id-deputati Beppe Fenech Adami, Karl Gouder u Jason Azzopardi, kif ukoll Alex Perici Calascione.

Azzopardi qal li min ikun qed jaqdi dmiru in bona fede m’għandu qatt jkun suġġett ta’ akkużi kriminali jew sanzjonijiet politiċi.

Jien naqbel ma’ Karol Aquilina fuq din id-dikjarazzjoni. Min jaqdi dmiru in bona fede m’ghandu qatt ikun suggett ta’…

Posted by Jason Azzopardi on Friday, July 27, 2018