Kaxxa li turik kif inhu t-temp madwar id-dinja

Jekk diġà qed tħoss is-sħana tas-sajf u tixtieq tgħix ftit mumenti ta' kesħa u xita virtwali, tista' tagħmel dan permezz tat-Tempescope.
It-Tempescope hi kaxxa li turi t-tbassir tat-temp skont informazzjoni onlajn, u tagħti xena ta' kwalunkwe temp.
Dan ifisser li turi x-xemx, is-sħab, ix-xita, is-sajjetti u tlugħ u nżul ix-xemx.
Persuna tista' tagħżel tara t-temp għall-għada tal-post fejn toqgħod, jew inkella tagħżel post ieħor madwar id-dinja.
L-inġinier Ġappuniż Ken Kawamoto qal li issa qed jaħdem fuq il-borra u r-riħ.