​Kawża legali kontra Ramos

Avukat Eġizzjan fetaħ kawża ta’ €1 biljun kontra d-difensur ta’ Real Madrid Sergio Ramos li qed jiġi akkużat li weġġa’ volontarjament lil Mohamed Salah.
Bassem Wahba jemmen li l-injury li sofra Salah waqt il-finali tal-UEFA Champions League ġabet magħha wġigħ fiżiku u psikoloġiku fuq il-poplu Eġizzjan.
Waqt intervista fuq l-istazzjon Sada El-Balad l-avukat qal li minbarra l-kawża legali, hu għamel ukoll ilment mal-FIFA dwar l-imġieba ta’ Ramos.
Salah kellu joħroġ mill-grawnd wara biss 30 minuta mil-logħba u għalkemm Liverpool kienu perikolużi grazzi għal Sadio Mané, huma ħassew ħafna n-nuqqas tal-veloċità u l-kwalitajiet tekniċi tiegħu.