Kawża fil-Qorti tispiċċa b’maħfra

L-avukat Dr Joe Mifsud ħafer lil Emanuel Bonanno, wara li dan tal-aħħar kien ħalla allegazzjonijiet ta’ tixħim fil-konfront ta’ Mifsud fuq il-facebook.

Dr Mifsud kien fetaħ kawża fil-Qorti biex jiġu nvestigati dawn l-akkużi ta’ malafama.

F’kumment li kiteb fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, Dr Mifsud qal li wasal għall-maħfra wara li Bonanno skuża ruħu, qal li dak li kiteb ma kienx minnu, u “wera’ li verament iddispjaċieh”.