Katina umana b’tifkira tat-tmiem tal-Ewwel Gwerra

Beach

Madwar 6000 ruħ iffurmaw katina fil-kosta tal-Belġju, mill-villaġġ portwali ta’ Zeebrugge sa Ostende u b’kollox ħadu 21km li mmarkat il-100 sena minn tmiem l-Ewwel Gwerra Dinjija.

Dgħajjes żgħar ġew mitfugħa fil-baħar u fuq kull waħda tniżżel l-isem ta’ persuna li tilfet ħajjitha tul din il-gwerra.

Preżenti għaċ-ċerimonja kien hemm il-Gvernatur Ġenerali Awstraljan Sir Peter Cosgrove u fakkar li fil-front tal-Punent f’jum San Ġorġ tilfu ħajjithom 12.000 suldat Awstraljan li llum jinsabu midfuna fil-Belġju.