Katekisti f’Angola jġeddu l-impenn tagħhom

Catechists in Angola (courtesy: Missionários de Nossa Senhora de La Salette - Angola)

Il-ġimgħa li għaddiet il-Katekisti f’Angola inġabru biex ġeddew flimkien l-impenn lejn il-vokazzjoni unika tagħhom, dik li jevanġelizzaw.

“Il-vokazzjoni ta’ katekist, il-preżenza tiegħu fil-Knisja hi rigal li għalih għandna nirringrazzjaw lil Alla.  Ma’ dan it-tifħżir hemm bżonn ukoll li niddixernu wkoll x’tip ta’ Katekisti għandha bżonn il-Knisja llum biex iwettqu l-missjoni ta’ evanġeliżazzjoni, fis-sitwazzjoni li qegħdin fiha”.

Kien b’din id-domanda, li l-Katekisti miġbura minn kull rokna u d-djoċesijiet differenti ta’ Angola ġeddew l-impenn tagħhom fil-bidu ta’ quddiesa fil-ftuħ tas-sena kataketika 2020. Il-Quddiesa saret fil-parroċċ ta’ Santa Madalena li tinsab fi Viana, fil-provinċja ta’ Luanda.

Katakeżi

Fil-bidu tal-quddiesa, Fr. Dominicus Decawaio, responsabbli mill-Katekisti qal li: “Il-ħajja tal-Knisja tgħaddi mill-katakeżi. Għalhekk il-katekist jidher bħala xi ħadd imsejjaħ minn Alla, b’vokazzjoni; li jemmen fil-Mulej u għandu fidi qawwija u konxju mill-identità ekklesjali tiegħu. Il-missjoni tal-katekist, aktar milli jgħallew id-dutrina u r-regoli, hi li jwassal għal laqgħa personali bejn il-persuna ta’ Kristu u l-katekiżmu”.

“Il-Katekista jipparteċipa u jkompli l-missjoni ta’ Ġesù bħala Għalliem waqt li qed iwettaq il-mandat tal-Mulej li qalilna “Morru u għamlu d-dixxipli”. Għalhekk Ġesù għall-Katekist hu l-mudell għall-missjoni tiegħu”, Fr Decawaio fakkar lill-katekisti.

Fi tmiem il-Quddiesa l-katekisti qalu li huma jinsabu lesti għal sena ġdida ta’ ħidma. “Li tkun katekist mhux xi mpjieg imma vokazzjoni li tiġbor fiha laqgħa ma’ Kristu permezz tal-Kelma, stil ta’ ħajja u xhieda”.

Il-fidi fl-Afrika

Fl-Arċidjoċesi ta’ Luanda, il-ftuħ ta’ Sena Kataketika ġdida ikun ċelebrat b’mixja missjunarja. L-attivitajiet jibdew b’taħditau diskussjoni bit-tema “Iż-Żgħażagħ u l-Fidi”. Din it-tema kienet magħżula mill-Konferenza Episkopali ta’ Angola u Sao Tomè, għal perjodu ta’ tliet snin.  Wara l-Adorazzjoni tas-Sagrament, il-katekisti ngħataw il-mandat għall-mssjoni tagħhom.

F’Angola, bħal f’ħafna pajjiżi Afrikani oħra, il-katekisti jaħdmu fejn ma hemmx saċerdoti għal bosta xhur.  Dawn dejjem kienu l-eroj siekta li jżomm ħajja ż-żerriegħa tal-fidi fil-postijiet remoti tal-Afrika.

Il-katekisti dejjem kellhom sehem vitali fil-ħajja tal-Knisja fl-Afrika. Huma meqjusa bħala Evanġelisti indispensabbli. Fil-fatt fl-Enċiklika tiegħu “Redemptoris Missio” il-Papa Sann Ġwanni Pawlu II kien qal: “Fil-vjaġġi appostoliċi tiegħi, kelli ċ-ċans nosserva personalment dak li joffru l-katekisti, speċjalment f’artijiet tal-missjoni jagħtu kontribut mill-aqwa u meħtieġ ferm fit-tixrid tal-fidi u tal-Knisja”.

F’diversi okkażżjonijiet fl-imgħoddi, l-Knisja rrikonoxxiet li ħafna drabi l-katekisti huma fdati bil-gwida pastorali tal-komunità ż-żgħira li tinsab f’żoni rurali mbiegħda u bogħod miċ-ċentru. Kultant huma msejħa biex jagħtu xhieda tal-fidi tagħhom fit-tbatija li jiltaqgħu magħha. L-istorja tal-Evanġeliżazzjoni kemm fl-imgħoddi kif ukoll fil-preżent turi kemm il-katekisti ġieli kellhom anke jħallsu b’ħajjithom biex jaqdu l-missjoni tagħhom. Il-katekisti huma il-ġawhra tal-Knisja.