Kategoriji ġodda għat-28 investitur taċ-Ċentru Marittimu

Sejħa għall-Proposti li se tinħareġ mill-Gvern se tagħti l-opportunità lil 28 investitur jissottomettu l-proposti tagħhom taħt waħda mill-erba’ kategoriji li fuqhom se jkun ibbażat l-iżvilupp taċ-Ċentru Marittimu.
Il-kategoriji huma dawk tal-Industrija taż-Żejt u l-Gass; Tiswijiet tal-Vapuri, il-Loġistika u l-Jotts; Super Yacht Refit u faċilità għat-tiswijiet; u Xogħol ta' manutenzjoni fuq jotts, faċilitajiet u servizzi oħra.
Il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Chris Cardona, qal li dawn huma l-erba’ għażliet strateġiċi għall-iżvilupp tas-sit tas-Shipbuilding fil-Marsa li ġie identifikat.
Żied jgħid li dawn joffru prospetti ta’ valur miżjud, żvilupp tal-kapital uman u opportunitajiet ta’ impjiegi.