Kategorija ġdida għall-premijiet tal-ġurnalisti

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) nieda s-26 edizzjoni tal-kompetizzjoni annwali għall-ġurnalisti.
Il-Malta Journalism Awards, din is-sena, se jinkludu kategorija ġdida li tirrikonoxxi r-rappurtaġġ etiku u pożittiv fil-qasam tad-diżabilità.
Id-dettalji ngħataw miċ-Chairman tal-IĠM, Karl Wright.
Minbarra l-ġurnalisti nfushom, anke l-edituri u l-kapijiet tal-kmamar tal-aħbarijiet jistgħu jissottomettu xogħol ta’ ġurnalisti li jidhrilhom li jkun ta’ livell għoli.
Ix-xogħol irid ikun inħadem matul l-2015 u s-sottomissjonijiet iridu jidħlu lill-IĠM sal-10 ta’ Frar. Iċ-ċerimonja tal-preżentazzjoni ssir fis-7 ta’ Mejju.
B’kollox din is-sena hemm 16-il kategorija ta’ premijiet, li jinkludu l-Gold Award.