Kate tidher għall-ewwel darba fil-pubbliku mit-twelid ta’ George

Id-Dukessa ta’ Cambridge dehret għall-ewwel darba fil-pubbliku mindu welldet lit-tarbija George.

Dan hekk kif il-Prinċep William nieda maratona fil-gżira t’Anglesey, fejn jgħixu. Il-Prinċep George li għandu ħames ġimgħat ma kienx magħhom.

Hu mifhum li d-Dukessa riedet tattendi għal din l-attività biex tirringrazzja personalment lin-nies tal-gżira għall-ospitalità tagħhom.

Hija mistennija terġa’ tidher fil-pubbliku fit-12 ta’ Settembru. Mix-xahar id-dieħel, il-Prinċep William jibda impenji militari ġodda bħala pilota tal-Royal Air Force.