Ritratti: It-tarbija rjali l-ġdida

Id-Dukessa ta’ Cambridge għadha kif welldet tifel, li jiżen 3.84kg. Għadu mhux magħruf x'isem se jingħata.
Kate Middleton daħlet l-isptar dalgħodu hekk kif waslilha l-ħin biex twelled lit-tielet tarbija rjali. 
Il-Palazz Kensington qal fi tweet li Kate Middleton ittieħdet fl-Isptar ta’ Santa Maria mar-raġel tagħha, il-Prinċep William. Kienu madwar is-7:30pm meta l-koppja rjali ħarġu mill-isptar bit-tarbija ġdida tagħhom. 

https://platform.twitter.com/widgets.js

It-tarbija l-ġdida se hija l-ħames eredi tat-tron, qabel il-Prinċep Harry.
It-tarbija se tkun qed issegwi lill-Prinċep Charles, li huwa l-ewwel eredi tat-tron, segwit mill-Prinċep William, il-Prinċep George u l-Prinċipessa Charlotte.
Id-Dukessa tinsab f’sala privata, fejn twieldu wkoll il-Prinċep George li llum għandu erba’ snin u l-Prinċipessa Charlotte li għandha sentejn.