Kate Middleton tingħaqad mal-eluf f’Londra għax-Xiri tal-Milied

Mhix ħaġa ta’ kuljum li tara persuni bħad-Dukessa ta’ Cambridge f’nofs il-folol jagħmlu x-xiri tal-Milied fit-toroq ta’ Londra!
Kien għalhekk li ħafna kienu sorpriżi meta raw lil Kate Middleton tagħmel dan!
Hi dehret iddur għal madwar siegħa fil-ħanut favorit tagħha, Peter Jones. Ħafna qed isaqsu jekk kinitx qiegħda tixtri biss għaliha nfisha jew inkella xtratx xi ħaġa għal binha ta’ sentejn ukoll, Goerge!
Dan hu l-ewwel Milied li d-Dukessa u Prinċep William se jiċċelebraw flimkien bħala familja ta’ erbgħa, wara t-twelid tal-Prinċipessa Charlotte f’Mejju li għadda.