Kate Middleton mistennija Malta f’Settembru

Id-Dukessa ta’ Camebridge Kate Middleton mistennija żżur Malta għall-ewwel darba f’Settembru li ġej. Hija se tkun mistiedna għaċ-ċelebrazzjonijiet uffiċjali li jfakkru l-50 sena mill-Indipendeza.
Rapporti Internazzjonali qed jgħidu li Middleton se tkun qed tagħmel iż-żjara waħedha mingħajr il-Prinċep William. Jekk dan ikun il-każ, din ma tkunx l-ewwel darba li d-dukessa ta’ 32 sena mexxiet żjarat uffiċjali waħedha.
Kate Middleton mistennija tingħata l-approvazzjoni għal din iż-żjara mir-Reġina Eliżabetta nnifisha li kienet qattgħet xi żmien tgħix f’Malta flimkien mal-Prinċep Filippu bejn l-1949 u l-1951.