Kate Middleton f’Malta għall-Indipendenza

Id-Dukessa ta’ Cambridge Kate Middleton se tasal Malta fl-20 ta’ Settembru u titlaq l-għada.
Hi se tkun qed tirrapreżenta lir-Reġina Eliżabetta fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tal-Indipendenza ta’ Malta.
Dan tħabbar uffiċjalment ftit tal-ħin ilu fuq il-paġna ta' Facebook tal-Kummissjoni Għolja Ingliża f'Malta.
Aktar kmieni dan ix-xahar ġie rrappurtat li se tkun qed tagħmel iż-żjara waħedha mingħajr il-Prinċep William.
Iż-żjara se tkun l-ewwel waħda tad-Dukessa waħedha barra mir-Renju Unit.