Sospiża t-tfittxija għall-katavru li ntlemaħ f’qiegħ il-baħar fil-Mellieħa

Ġiet sospiża t-tfittxija għall-katavru taż-żagħżugħ ta' 26 sena ta' nazzjonalità Afrikana li lbieraħ intlemaħ f’qiegħ il-baħar minn grupp ta’ bugħaddasa qrib is-Sikka l-Bajda fil-Mellieħa.
Newsbook.com.mt huwa nfurmat li t-tfittxija minn grupp ta' għaddasa tal-Forzi Armati ta' Malta, li bdiet fit-8am, ġiet sospiża minħabba l-kundizzjoni tat-temp.
Din hija t-tieni darba li t-tfittxija waqfet minħabba t-temp. Ilbieraħ minħabba l-baħar qawwi, il-ħidma tal-FAM waqfet għall-ħabta tal-5.30pm.

Mhux eskluż li l-katavru huwa ta' wieħed mill-20 immigranti li mietu u ntefgħu l-baħar waqt li kienu fi triqithom lejn Malta nhar il-Ġimgħa.