Katavru f’Santa Luċija: Il-Pulizija qed tfittex raġel li kien jgħix fl-appartament

Il-katavru għadu ma ġiex identifikat

Read in English.

Il-Pulizija qed tfittex raġel li kien jgħix fl-appartament f’Santa Luċija li fih ilbieraħ instab katavru.

Kelliem għall-Pulizija qal dan f’konferenza tal-aħbarijiet b’rabta mas-sejba ta’ katavru mgeżwer f’boroż tal-iskart f’Santa Luċija.

Il-katavru għadu ma ġiex identifikat għax kien fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni. Però l-Pulizija jafu li fl-appartament kien jgħix Victor McKeon ta’ 62 sena.

Qed issir analiżi tad-DNA tal-qraba ta’ McKeon fi sforz biex issir l-identifikazzjoni tal-vittma.

Skont il-Pulizija nstabu marki ta’ daqqiet fuq ras il-katavru li ġew minn xi strument jew għodda li taqta’. L-investigaturi sabu wkoll evidenza ta’ soffokazzjoni.

Ilbieraħ persuna instabet mejta f’Santa Luċija, f’każ li qed jiġi trattat bħala omiċidju.

Filmat: Miguela Xuereb