Katamaran ġdid bejn Tas-Sliema u l-Belt Valletta

Daħal fis-servizz l-ewwel minn żewġ katamarani li se jservu r-rotta bil-baħar minn Tas-Sliema għall-Belt Valletta.
Dan wara sejħa mill-Gvern għal dan it-tip ta’ servizz.
Il-katamarani se jfissru kapaċità li jivvjaġġaw 130 ruħ kull darba.
Jitlaq kull nofsiegħa, bil-vjaġġ mistenni jieħu madwar 5 minuti.
Biljett one way jiswa €1.50ċ filwaqt li biljett bir-ritorn jiswa €2.80ċ.

Il-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi ħabbar li f’Diċembru, katamaran ieħor se jieħu post dak li jaħdem bejn it-Tlett Ibliet. 
Ritratt: DOI – Martin Attard