Katalunja: Knisja maqsuma dwar ir-referendum

Il-Knisja fil-Katalunja tinsab maqsuma fil-pożizzjoni tagħha dwar il-vot tal-indipendenza li jista’ jseħħ għada.
Uffiċjalment, il-Knisja qed tħeġġeġ lir-residenti biex jibqgħu kalmi u biex ikompli għaddej djalogu. Però, fl-istess ħin ċertu nies mill-kleru tal-post qed juru pubblikament is-sapport tagħhom lejn il-moviment favur l-indipendenza. Oħrajn għażlu li jżommu d-distanza tagħhom mill-kontroversja.
L-Isqfijiet Spanjoli ħarġu stqarrija nhar l-Erbgħa li għadda, madanakollu dawn ma ħadux pożizzjoni fuq l-indipendenza tar-reġjun.
Ftit ġimgħat ilu, madwar 400 qassis mill-Katalunja kitbu dikjarazzjoni favur ir-referendum tal-1 ta’ Ottubru. Din intbagħtet lill-Papa Franġisku.
Lura fl-2014, il-Papa Franġisku ġie mistoqsi dwar ir-referendum waqt intervista li fiha qal li kull tip ta’ diviżjoni tinkwetah. Fl-aħħar xhur ma kien hemm l-ebda stqarrijiet mill-Vatikan rigward dan il-vot.