Katalan arrestat suppost kellu l-immunità ta’ MEP – Qorti tal-UE

Reuters

Oriol Junqueras, mexxej Katalan favur l-indipendenza li kien inżamm arrestat minn Spanja, ħaqqu l-immunità bħala membru tal-Parlament Ewropew, skont ma qalet l-ogħla Qorti tal-Unjoni Ewropea llum, f’deċiżjoni li jista’ jkollha riperkussjonijiet fuq ir-relazzjoni bejn Brussell u l-awtoritajiet Spanjoli.

Junqueras ġie arrestat għal 13-il sena f’Ottubru li għadda għall-irwol tiegħu fir-referendum tal-indipendenza f’Katalunja fl-2017, li l-qrati Spanjoli rrendewh illegali. Huwa ġie elett bħala MEP waqt li kien il-ħabs jistenna li jibdew il-proċeduri kontrih, iżda għadu ma rnexxilux jieħu postu fil-Parlament Ewropew.

Madankollu, il-Qorti tal-UE ddeċidiet li kwalunkwe persuna eletta fil-Parlament Ewropew “tgawdi mill-immunitajiet” biex tivvjaġġa u biex tieħu sehem fis-sessjonijiet parlamentari. Qalet li MEPs ma jistgħux ikunu suġġetti għal proċeduri legali jew għal detenzjoni għax jesprimu l-fehmiet tagħhom.

Din id-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE (CJEU) jaf tkompli ssaħħan il-qiegħa bejn is-separatisti fir-reġjun ta’ Katalunja u l-Gvern nazzjonali f’Madrid.