Kastig fl-iskola ta’ Ħaż-Żabbar iqajjem kontroversja

Il-kanditata tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Helga Ellul, spjegat li fl-aħħar jiem irċeviet diversi rapporti li għalliema fl-iskola primarja ta’ Ħaż-Żabbar ġiegħlet tifel jinżel għarkupptejh fil-bitħa bħala kastig.
Minn informazzjoni li taw xi ġenituri, l-għalliema ġiegħlet tfal oħra joqgħodu jħarsu lejn l-istudent li kien qiegħed għarkubbtejh u jidħku bih.
Fi stqarrija Helga Ellul talbet lill-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo biex tinfetaħ investigazzjoni u jittieħdu l-passi meħtieġa. Żiedet li l-Ministeru għandu jipprovdi lill-istudent għajnuna psikoloġika jekk meħtieġa.
Intant ftit wara, stqarrija maħruġa mill-Ministeru tal-Edukazzjoni tgħid li nfetħet investigazzjoni dwar dan il-każ.