Kartolini strambi tal-Milied mis-Seklu 19

Illum il-ġurnata meta xi ħadd jirċievi kartolina tal-Milied żgur li dak li jkun jitferraħ għax fiha jkun hemm stampa ta’ stampa sabiħa li għandha x’taqsam mal-istaġun tat-twelid ta’ Ġesù Bambin.

Imma nibqgħu  skantati meta nsibu li fis-seklu 19 xi kartolini tal-Milied kienu tassew tal-waħx … għad li fuqhom kien ikun hemm miktub biex min jirċevihom ikollu Milied ħieni.

Fis-Seklu 19, qabel ma l-kartolini tal-Milied saru komuni, fi żmien ir-Reġina Victoria tal-Ingilterra, daħħlu spin umoristiku u mgħawweġ fuq it-tislijiet staġjonali tagħhom. Uħud mis-suġġetti l-aktar popolari nkludew żrinġijiet, snowmen bil-ġuħ u għasafar mejta. 

“Nixtieq li jkollok Milied ferrieħi,” kiteb xi ħadd qrib l-aħħar tas-Snin 1800, flimkien ma’ stampa ta’ pitirross mejjet.

Kartolina oħra turi koppja anzjana tidħaq hekk kif jiftħu t-tieqa tat-tieni sular u jarmu l-ilma fuq grupp ta’ dawk li kienu jkantaw għanjiet tal-Milied.  “Nawguralkom il-Milied ferħan,” hemm miktub fiha.

Kif tistgħu taraw minn dawn il-kartolini jidher li s-sens ta’ Milied ħieni u ta’ ferħ fuq il-karolini tal-Milied ta’ dak iż-żmien kien differenti għal kollox milli kif nafuh illum.