Kartolini mill-qalb lit-tfal fir-Rainbow Ward

Kultant huma l-affarijiet żgħar li jagħmlu differenza fil-ħajja ta’ dak li jkun u Puttinu Cares qasam mal-pubbliku l-inizjattiva tal-għalliema tal-iskola primarja San Alwiġi flimkien mal-istudenti ċkejknin li fl-aħħar ġranet ħadu l-inizjattiva li jibagħtu kartolini kkuluriti lit-tfal kollha, kif ukoll lill-ġenituri u l-istaff kollu li hemm fir-Rainbow Ward.

Inizjattiva mill-isbaħ li jixraqilha tassew rikonoxximent. Prosit tassew!