Kartolina ta’ ringrazzjament mingħand il-kopja rjali

Kienet sorpriża mhux mistennija għal dawk li bgħatu kartolini tal-awguri lid-Dukessa ta’ Cambridge u l-Prinċep William.

Il-koppja rjali wrew il-gratitudni tagħhom billi jirrispondu lil kull persuna li bgħatilhom kartolina fl-okkażjoni tat-twelid ta’ binhom.

Kull min kitbilhom ittra u żied indirizz huwa mistenni li jirċievi kartolina.

Fil-messaġġ tagħhom, Kate u William irringrazzjaw lil dawk li xtaqulhom xewqat sbieħ. Mehmuż mal-messaġġ hemm ukoll ritratt tal-Prinċep u d-Dukessa, flimkien mat-tarbija tagħhom.

Il-prinċep George twieled fit-22 ta’ Lulju.