Karta tad-Drittijiet għat-Tfal b’mard mhux kurabbli

L-Isptar Bambino Gesu’ tal-Vatikan li jispeċjalizza f’kura għat-tfal ippreżenta “Karta għad-Drittijiet tat-Tfal b’mard mhux kurabbli”. L-iskop hu li jippromwovi alleanza terapewtika li tgħin tfal li jkollhom mard gravi mhux kurabbli.
Din hi proposta li tiggarantixxi drittijiet għat-tfal bi bżonnijiet speċjali u li ma jkollhomx possibilta’ ta’ fejqan, imma li jistgħu jingħataw kura anke fil-fażi terminali ta’ ħajjithom.
L-idea hi li din il-Karta tad-Drittijiet tkun approvata mill-Parlament Ewropew biex tkun osservata mill-pajjiżi kollha membru tal-Unjoni Ewropea u mbagħad lill-assoċjazzjonijiet tal-ġenituri tat-tfal morda u sptarijiet oħra tat-tfal madwar id-dinja li jkunu lesti jonoraw dawn id-drittijiet.
It-test ta’ dan id-dokument kien preżentat waqt konferenza li saret ftit jiem ilu f’Ruma li għaliha attendew, tobba, politiċi u nies tal-Knisja fosthom l-Arċisqof Vincen Vincenzo Paglia, President tal-Akkademja Pontifiċja għall-Ħajja.
It-test tad-Dokument jikkonsisti f’sitt artikli li jenfasizzaw l-importana tal-alleanza terapewtika bejn il-familji tal-pazjenti uu t-tobba biex il-familja tipparteċipa fil-kors tal-kura; id-dritt li tittieħed it-tieni opinjoni u għal atkar riflessjoni djanjostika; id-dritt li l-ġenituri jagħżlu struttura li jridu huma fejn it-tfal ikunu kkurati – inkluż li l-pazjent ikun trasferit anke għal-pajjiż ieħor barra minn pajjiżhom; id-dritt li jaċċedu għal kura paljattiva u kura sperimentali u d-dritt għal akkumpanjament psikoloġiku u spiritwali.