Karrozza lussuża tinqered minn nirien

Karozza lussuża lbieraħ filgħaxija nħakmet minn nirien f’Ħal-Luqa.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11.30 pm fi Triq il-Karmnu.

Il-karozza li tiswa eluf ta' ewro nqerdet min-nirien li ntfew mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ftit tal-ħin wara li sar ir-rapport.

Il-vettura hija propjetà ta' kumpanija privata.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li grada li tagħti għall-parkeġġ privat fejn instabet il-karozza, instab miftuħ.  Dan minkejja li din dejjem tingħalaq.

Barra minn hekk, il-katnazz ta' maħżen fil-viċin instab imkisser u l-bieb sgassat. Madankollu, ma nstab xejn nieqes ġewwa.