Karreġġjata fil-Marsa magħluqa illejla

DOI: Jeremy Wonnacott

Il-karreġġjata tat-tramuntana ta’ Vjal Sir Paul Boffa se tkun magħluqa mit-tmienja ta’ filgħaxija sal-ħamsa t’għada filgħodu.

Infrastructure Malta ħabbret li sewwieqa se jiġu mdawra lejn Vjal Santa Luċija, Triq Ħal Luqa u Triq Garibaldi, fid-direzzjoni ta’ Triq Aldo Moro.

Il-karreġġjata se tkun magħluqa minħabba l-bini tal-itwal flyover tal-Marsa Junction Project.

Il-korsiji milquta jerġgħu jinfetħu kmieni għada filgħodu.

🚧 #Tonight (14th November), 8pm-5am, we are continuing the construction of the longest flyover of the…

Posted by Infrastructure Malta on Wednesday, November 13, 2019