Aġġornata: Inċident fi Triq Reġjonali

Credit: CMRU

Infetħet il-karreġġjata li ngħalqet xi sigħat ilu minħabba inċident meta vann baqa’ dieħel ġo barrikata.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq Reġjonali, għall-ħabta tad-8.50am.

Fl-inċident kien involut vann meta dan baqa’ dieħel f’barrikata tal-konkrit. Dan wassal biex il-karreġġjata li tagħti lejn it-Tramuntana tingħalaq għat-traffiku.

Il-kundizzjoni tas-sewwieq għadha mhix magħrufa.