Karozzi vvandalizzati bi graffiti f’Tas-Sliema; kumpanija tnaddafhom b’xejn

Read in English.

Kumpanija lokali offriet is-servizzi tagħha b’xejn lil dawk kollha li lbieraħ qamu sabiex isibu li l-karozza tagħhom ġiet ivvandalizzata bi graffiti f’Tas-Sliema. L-istess graffiti ġew imħażża wkoll mal-ħitan ta’ djar u propjetajiet oħrajn.

Il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema ħareġ ritratt ta’ żagħżugħ li ġie identifikat bħala dak li pinġa fuq ħitan u l-karozzi fit-Triq Isouard f’ Tas-Sliema. Il-Kunsill Lokali f’Tas-Sliema kkundanna l-atti ta’ vandaliżmu fuq propjetajiet u vetturi privati tar-residenti, f’kitba fuq Facebook.

Aqra: Aġġornata: Identifikat iż-żagħżugħ li pinġa graffiti f’Tas-Sliema

Intant, fuq Facebook, il-kumpanija Auto Detailing Studio offriet is-servizzi tagħha b’xejn lil dawk kollha li ġew affettwati minn dan l-att vandalu. Bosta kienu dawk li faħħru lill-kumpanija ta’ dan il-ġest qalbieni.

Ix-xahar li għadda raġel ta’ 37 sena weħel 450 siegħa ta’ xogħol fil-komunità u multa ta’ kważi €10,000 wara li nqabad li kien għamel numru ta’ graffiti fuq bini fil-Belt.

Aqra: Jeħel 450 siegħa xogħol fil-komunità l-vandalu tal-Belt Valletta