Karozzi pparkjati ħażin iħassru attività tal-għoti tad-demm

Read in English.

Sessjoni ta’ għoti tad-demm f’Ħaż-Żabbar dalgħodu tħassret wara li t-trakk tal-mobile blood donation unit ma sabx fejn jipparkja.

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-demm sostna li minħabba dan l-inċident x’aktarx intilfu madwar 30 borża demm.

Fuq il-paġna ta’ facebook, is-Servizz tat-Trasfużjoni qal li minkejja li nhar il-Ġimgħa li għaddiet tpoġġew sinjali ta’ “No Parking” fi Pjazza Medjatriċi li tinsab fuq wara tal-knisja parrokkjali, għadd ta’ karozzi xorta pparkjaw fil-Pjazza.