Read in English.
Rabja kbira minn għadd ta’ residenti tal-Gżira minħabba li l-grawnd tal-futbol tal-Gżira United FC, inbidel f’parkeġġ għall-karozzi.
Il-grawnd, li qiegħed mal-iskola tal-Gvern, sewa eluf ta’ Ewro, u sara wara ħafna laqgħat u konsultazzjoni biex it-tfal tal-lokalità jkollhom post fejn jitħarrġu.
Kien hemm min ikkummenta li t-toqol tal-karozzi qed jikkawża ħsara irreparabbli lil wiċċ tat-turf.
Dwar dan, il-Klabb tal-futbol ta’ Gżira United kiteb fuq Facebook li l-klabb qed jikkomunika mal-awtoritajiet li huma responsabbli biex tiġi riżolta s-sitwazzjoni.
Ritratt: Facebook