Ritratti: Il-Pulizija tinvestiga l-ħruq ta’ 18-il karozza fil-Gudja

Aġġornat 11:29 AM
ħruq vetturi Gudja
CMRU

Read in English.

Ilbieraħ filgħaxija, ftit qabel ma daqq nofsillejl, bosta karozzi ħadu n-nar ġo parkeġġ fil-Gudja, u 18 minnhom inqerdu.

Kelliema għall-Pulizija infurmat lil Newsbook.com.mt li l-pulizija tal-għassa taż-Żejtun ġew infurmati f’11.45pm li kien hemm xi karozzi jieħdu n-nar f’Dawret il-Gudja, qrib il-grawnd tal-futbol.

Huma marru fuq il-post, flimkien ma’ uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Dawn tal-aħħar irnexxielhom jikkontrollaw in-nirien u ħadd ma weġġa’. Il-ħidma baqgħet għaddejja sat-3am.

18-il vettura nqerdu, filwaqt li oħrajn ġarrbu xi ħsarat.

Infetħet inkjesta fuq il-każ immexxija mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo.