Karozza ttajjar żewġ persuni u tibqa’ sejra

Żewġ persuni sofrew ġrieħi ħfief wara li ntlaqtu minn karozza li baqgħet sejra.
Kelliema għall-Pulizija qalu lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.20am fi Triq Dom Mintoff f’Bormla.
Jidher li s-sewwieq tal-karozza laqat lil mara u raġel ta’ 35 sena minn Ħaż-Żabbar, iżda dan baqa’ sejjer.
Ambulanza u membri tal-Pulizija ssejħu fuq il-post ftit wara li seħħ l-inċident.