Karozza titlef il-kontroll f’San Pawl il-Baħar

Sewwieq tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu u baqa' dieħel f'barrier f'San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ ftit wara l-11am fil-bypass ta' San Pawl fid-direzzjoni lejn ix-Xemxija.
Kelliem għall-Pulizija kkonfermat ma' Newsbook.com.mt li ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.
Fuq il-post marru l-Pulizija biex jassistu lix-xufier u jikkontrollaw it-traffiku.