Ħadd ma weġġa’ wara li karozza spiċċat il-baħar fil-Qawra.
Kelliem għall-Pulizija qal li għal xi raġuni l-karozza li kienet ipparkjata vicin, spiċċat fil-baħar. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30pm. Fortunatament ħadd ma kien hemm fil-karozza.
L-inċident seħħ fi Triq il-Luzzu.