Aġġornata: Iweġġa’ ħafif wara ħabta

Sewwieq ta' karozza sofra ġrieħi ħfief wara li kien involut f'inċident tat-traffiku. 
L-inċident kien jinvolvi ħabta bejn karozza tat-tip Toyota Yaris u Honda Civic. Mal-inċident, it-Toyota spiċċat fuq roundabout.

L-inċident seħħ għal ħabta tat-8:20am fir-roundabout li tinsab bejn ir-Rabat u ħaż-Żebbuġ.

Fuq il-post marret ambulanza biex tagħti l-assistenza. 

Ritratt: Stefan Pullicino