Karozza tispiċċa fuq in-nies waqt ir-rally ta’ Dakar

Għadd ta’ spettaturi spiċċaw biex weġġgħu waqt ir-rally ta’ Dakar, meta karozza li kienet qed ittellaq spiċċat fuq il-folla, ftit qabel it-tluq uffiċjali tat-tellieqa fl-Arġentina.
Wara li sosspendew it-tellieqa, l-organizzaturi qalu li kien hemm 4 spettaturi  mweġġa’. 
Iżda tabib tal-isptar Santa Francisca ta’ Arrecifes, qal li kien hemm 10 persuni li qed jingħataw il-kura, fosthom mara li qed tistenna tarbija u erbat itfal.