Karozza tinstaq fuq in-nies f’Melbourne

Il-Pulizija Awstraljana arrestat żewġ persuni wara li karozza nstaqet għall-fuq in-nies f’Melbourne.
Skont il-Pulizija, il-karozza tajjret għadd ta’ nies fi triq li tinsab fiċ-ċentru tal-Belt. Huma kienu qed jistennew cable car fuq stejġ fuq il-bankina. It-triq li fiha seħħet l-attakk hija Flynders Street, waħda mill-aktar toroq frekwentata fl-inħawi.
Minn tal-inqas 13-il persuna ddaħħlu l-isptar u tnejn oħra ngħataw il-kura fuq il-post.
Ritratti meħuda fuq il-post juru diversi persuni fl-art viċin karozza bajda.
Għalissa l-Pulizija qed tħeġġeġ lin-nies biex jevitaw iż-żona.