Karozza tinqered minn nirien l-Imsida

Dal-lejl inħarqet karozza fi Triq Oscar Zammit l-Imsida.
Il-Pulizija ġiet infurmata għall-ħabta tas-2.30am, xħin intbagħtu l-Membri mit-Taqsima tal-Protezzjoni Ċivili.
Ħadd ma weġġa’ fl-inċident, iżda l-Pulizija qed tinvestiga biex tara x’kien il-kaġun tan-nirien.