Karozza tinqered minn nirien f’Ħal Qormi

Karozza pparkjata fi Triq San Rafel, Ħal Qormi, inqerdet minn nirien li ħakmuha kmieni fil-jum tal-Ġimgħa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2am.
Jidher li b’kawża tan-nirien, ġew ikkawżati ħsarat anki f’żewġ vetturi oħra pparkjati fil-qrib.
In-nirien ġew ikkontrollati u mitfija minn M+embri tal-Protezzjoni Ċivili.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, iżda l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha sabiex jintgħaraf in-nar tqabbadx apposta jew le.