Karozza tinqaleb qrib Ħal Farruġ; jinġema’ ħafna traffiku

Karozza nqalbet fl-Imqabba kmieni dalgħodu.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li s-sewwieqa, mara ta' 28 sena li toqgħod l-Imġarr sofriet biss ġrieħi ħfief
Sadanittant, il-paġna tal-Facebook, Maltese Road Traffic Updates (MRTU) kitbet li t-triq li tagħti għal Ta’ Kandja ngħalqet, u t-triq alternattiva għall-Imqabba mwaħħla fit-traffiku.
Il-messaġġ tal-MRTU ppubblikawh għall-ħabta tas-7am.
Ritratt: Arkivji