Karozza tinqaleb qrib Għar Lapsi

Arkivji

Karozza nqalbet fit-triq li minn Għar Lapsi tmur lejn il-Blue Grotto.

Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt jidher li ġol-karozza kien hemm tfajla li b’xorti tajba ma kellha l-ebda ġrieħi serji. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu fuq il-post biex jassistu lit-tfajla. Ambulanza mill-isptar Mater Dei intbagħtet ukoll fuq il-post.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma dan l-inċident u qal li seħħ għall-ħabta tat-7.50pm.