Aġġornata: Karozza tinqaleb fl-Imqabba

Karozza nqalbet fi Triq is-Sejba, l-Imqabba għall-ħabta tas-7pm.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li ssejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza fuq il-post, li ħadet lill-vittma, Żebbuġija ta’ 43 sena, l-isptar.

Il-Pulizija qalet li l-mara ħabtet ma’ kantun li kien viċin il-ħajt, u b’hekk tilfet il-kontroll tal-karozza u l-vettura nqalbet.

Il-mara sofriet minn ġrieħi gravi u ttieħdet l-isptar Mater Dei għal kura.

Il-Pulizija għadha għaddejja b’aktar investigazzjonijiet dwar il-każ.