Ritratti: Karozza tinqaleb fil-Marsa

Żagħżugħ ħelisha ħafif wara li nqaleb bil-karozza fil-Marsa.
L-inċident seħħ ftit qabel it-3pm fi Triq Aldo Moro.
Il-karozza kienet qed tinstaq fid-direzzjoni tal-Belt Valletta.
Minkejja li ambulanza marret immedjatament fuq il-post, ma kienx hemm bżonn li tieħu lis-sewwieq l-isptar.
Ritratti fuq: info@newsbook.com.mt