Karozza tinqaleb fil-Marsa

MDT

Karozza nqalbet fi Triq Diċembru 13 fil-Marsa.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li l-inċident seħħ għall-ħabta tan-nofsiegħa meta raġel li kien qed isuq il-karozza ħabat mal-bankina u tilef il-kontroll tal-vettura.

Ir-raġel mill-Furjana li għandu 50 sena rrifjuta l-assistenza medika kif ħareġ mill-karozza.