Karozza inqalbet fi Triq il-Marfa fir-roundabout qrib it-Torri l-Aħmar.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-5pm.
Jidher li għal xi raġuni x-xufier tilef il-kontroll tal-vetturi bil-konsegwenza li l-karozza nqalbet u ġiet fuq ir-roundabout. Fuq il-post kien hemm ambulanza, il-Pulzija u vettura tal-Protezzjoni Ċivili.
