Karozza tinqaleb f’ħabta viċin l-ajruport

Karozza tinqaleb ajruport Arma ambulanza
Arkivji

Karozza nqalbet f’ħabta bejn 2 vetturi qrib l-ajruport fil-Gudja, u żewġ persuni ttieħdu l-isptar.

Dan l-inċident ġara lbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-11pm.

Il-karozza misjuqa minn raġel ta’ 53 sena miż-Żurrieq għamlet impatt ma’ vettura oħra misjuqa minn mara ta’ 26 sena mill-Imqabba u nqalbet, fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa fid-direzzjoni tal-ajruport.

Issejħet ambulanza fuq il-post li ħadet liż-żewġ persuni l-isptar. It-tnejn sofrew ġrieħi ħfief.

Dan l-inċident ikkawża xi traffiku.