Karozza tinqaleb f’Għajnsielem

Karozza nqalbet f’Għajnsielem f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tas-6.15pm. Is-sewwieq tal-karozza kien raġel ta’ 40 sena mix-Xagħra li ma ġarrab l-ebda ġrieħi.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li l-inċident seħħ fi Triq Borg Għarib f’Għajnsielem li hija t-triq ewlenija bejn ir-Rabat, Għawdex u l-Qala.

Il-Pulizija kkonfermaw li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident iżda l-karozza ħabtet ma’ tliet vetturi oħra li kienu pparkjati.