Karozza tinqaleb f’Santa Venera

Karozza nqalbet f’Santa Venera tard it-Tnejn filgħaxija. L-inċident seħħ fi Triq l-Imdina għall-ħabta tal-10pm fejns-sewwieq tal-karozza tilef il-kontroll u ħabat fid-dwal tat-traffiku. Riżultat tal-impatt l-arblu tqaċċat minn postu. Fuq il-post issejħet ambulanza flimkien mal-Pulizija, madanakollu s-sewwieq ma jidhirx li sofra ġrieħi gravi.