Aġġornata: Karozza tinqaleb f’Ħaż-Żebbuġ, żagħżugħ l-isptar

Żagħżugħ ta' 23 sena mill-Munxar ġarrab ġrieħi ħfief wara li nqaleb bil-karozza f'Ħaż-Żebbuġ.
L-inċident seħħ ftit qabel is-7 ta' dalgħodu fi Triq l-Imdina fid-direzzjoni ta' Ħal Qormi.
Immedjatament pulizija u ambulanza marru fuq il-post, li ħadet liż-żagħżugħ l-isptar Mater Dei għall-kura.
Ritratt: MRTU